Bordeaux | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Public institution of intermunicipal cooperation with own taxation | Metropoli ta' Bordeaux | ||
Kap tal-Gvern |
Pierre Hurmic (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali |
Bordeaux Commune-Franklin Bordeaux | ||
Ismijiet oriġinali |
Bordeaux Bordèu | ||
Kodiċi postali |
33000, 33100, 33200, 33300u 33800 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 44°50′16″N 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°WKoordinati: 44°50′16″N 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°W | ||
![]() ![]() ![]() | |||
Superfiċjenti | 49.36 kilometru kwadru | ||
Għoli | 6 m, 1 mu 42 m | ||
Fruntieri ma' |
Blanquefort (mul) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 265,328 abitanti (1 Jannar 2022) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 5 century "BCE" | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati |
Krakovja, Ramallah, Munich, Fukuoka, Ashdod, Oran, Lima, Bristol, Los Angeles, Madrid (mul) ![]() | ||
bordeaux.fr |
Bordeaux (pronunzjata: /bɔːrˈdoʊ/ bor-DOH, bil-Franċiż: [bɔʁdo]; bl-Oċċitan ta' Gascon: Bordèu [buɾˈðɛw]; bil-Bask: Bordele) hija belt portwali max-xmara Garonne fid-dipartiment Franċiż ta' Gironde, fil-Lbiċ ta' Franza. Hija l-belt kapitali tar-reġjun ta' New Aquitaine, kif ukoll tal-prefettura tad-dipartiment ta' Gironde. L-abitanti tal-belt jissejħu "Bordelais" (bil-maskil) jew "Bordelaises" (bil-femminil). It-terminu "Bordelais" jista' jirreferi wkoll għall-belt u għar-reġjun tal-madwar.
Il-belt ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 259,809 ruħ fl-2020 fi ħdan territorju muniċipali żgħir ta' 49 km2 (19-il mil kwadru), iżda flimkien mas-subborgi tagħha u l-irħula tal-madwar, iż-żona metropolitana ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 1,376,375 ruħ fl-istess sena (skont iċ-ċensiment ta' Jannar 2020), jiġifieri s-sitt belt l-iżjed popolata fi Franza wara Pariġi, Lyon, Marsilja, Lille u Toulouse.[1]
Bordeaux u 27 muniċipalità suburbani jiffurmaw flimkien il-Metropoli ta' Bordeaux, awtorità metropolitana eletta indirettament li issa hija responsabbli għal kwistjonijiet metropolitani usa'. Il-Metropoli ta' Bordeaux, b'popolazzjoni ta' 819,604 ruħ fiċ-ċensiment ta' Jannar 2020, hija l-ħames metropoli l-iktar popolata fi Franza wara dawk ta' Pariġi, Marsilja, Lyon u Lille.[2]
Bordeaux hija kapitali dinjija tal-inbid:[3] hemm bosta kastelli u vinji fix-xaqlibiet tal-għoljiet tal-Gironde, u l-belt tospita l-ikbar fiera ewlenija dinjija tal-inbid, Vinexpo. Bordeaux hija wkoll wieħed miċ-ċentri tat-turiżmu gastronomiku[4] u kummerċjali għall-organizzazzjoni ta' kungressi internazzjonali. Hija post ċentrali u strateġiku għas-settur tal-ajrunawtika militari u spazjali, fejn għandhom is-sede tagħhom kumpaniji internazzjonali bħal Dassault Aviation, Ariane Group, Safran u Thalès. Ir-rabta mal-avjazzjoni tmur lura għall-1910, is-sena meta tar l-ewwel ajruplan fuq il-belt. Tinsab f'salib it-toroq għall-għarfien permezz tar-riċerka universitarja, u tospita wieħed miż-żewġ lasers ta' megajoule fid-dinja, kif ukoll popolazzjoni universitarja ta' iżjed minn 130,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Bordeaux.[5]
Bordeaux hija destinazzjoni turistika internazzjonali għall-wirt arkitettoniku u kulturali tagħha, b'iktar minn 350 monument storiku[6], u b'hekk wara Pariġi hija l-belt bl-iżjed monumenti elenkati jew irreġistrati fi Franza. Il-"Ġawhra ta' Aquitaine" ġiet ivvutata bħala d-Destinazzjoni Ewropea tas-sena fi stħarriġ online li sar fl-2015.[7] Il-metropoli ngħatat ukoll premjijiet u klassifikazzjonijiet pożittivi minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Pereżempju fl-1957 Bordeaux ingħatat il-Premju Ewropa għall-isforzi tagħha fit-trażmissjoni tal-ideal Ewropew. F'Ġunju 2007, il-"Port tal-Qamar" fiċ-ċentru storiku ta' Bordeaux tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala kumpless arkitettoniku u urban straordinarju u bħala rikonoxximent tal-importanza internazzjonali ta' Bordeaux matul l-aħħar 2,000 sena.[8] Bordeaux hija kklassifikata wkoll bħala belt ta' Suffiċjenza min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin.