Bormla Ċittà Cospicua | ||
---|---|---|
![]() | ||
![]() | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Malta | |
Reġjuni ta’ Malta | Port Region (Port) (en) ![]() | |
Isem uffiċjali | Bormla | |
Ismijiet oriġinali | Bormla | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°EKoordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°E | |
![]() | ||
Superfiċjenti | 0.9 kilometru kwadru | |
Għoli | 40 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 5,395 abitanti (31 Marzu 2014) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 18 century | |
bormlalc.gov.mt |
Birgu u lill-Isla madwar il-Port il-Kbir. Bormla hi magħrufa wkoll bħala Cospicua, titlu li jindika kemm din il-belt kienet rikonoxxuta bħala belt importanti kemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti. Kien il-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari li fl-1722 ddikjara din il-belt bħala belt li tispikka u għalhekk iddikjaralha t-titlu ta' Città Cospicua.
Bormla, hi waħda mit-tlett ibliet li jinsabu wara s-swar doppji tal-Kottonera li jiċċirkondaw lill-Bormla, lill-Bormla kienet l-aħħar belt mit-tlieta li hemm fil-Kottonera li żviluppat biss illum għandha l-ikbar popolazzjoni fosthom. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera jduru l-aktar madwar din il-belt. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn dakinhar 'il quddiem xogħol l-abitanti ta' Bormla kien jiffoka l-aktar max-xogħol u mat-tiswija tal-bastimenti. Dan ix-xogħol sar aktar importanti għalihom meta fl-1848 l-Ingliżi bnew l-ewwel baċir, il-Baċir Nru 1. fil-parti ta' ġewwa magħrufa bħala, tad-Daħla tal-Franċiżi (Ing. French Creek). Kien l-aktar minħabba dan il-baċir li matul it-Tieni Gwerra Dinjija Bormla kienet fil-mira tal-attakki tal-ajru tal-Assi.
Il-popolazzjoni ta' Bormla hi ta' 5,395 ruħ (2014) u hija l-iktar waħda ppopolata mit-Tlett Ibliet.[1] Il-festa ta' Bormla hi dik tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru.[2][3]