Didelphimorphia

Didelphimorphia
Firxa tal-fossili: Oligocene - Riċenti
Opossum ta' Virġinja, Didelphis virginiana
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * Didelphidae
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1972)
Firxa tal-ordni Didelphimorphia
Ras ta' skeletru tal-Opossum ta' Virġinja, Didelphis virginiana
Japok jew opossum tal-ilma, Chironectes minimus

Didelphimorphia hija ordni ta' mammiferi marsupjali, li tiġbor fiha l-opossumi tal-kontinent Amerikan (għalkemm ftit huma l-ispeċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq u l-biċċa l-kbira ta' dawn l-opossumi qegħdin mifruxin fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel).

Din l-ordni qiegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, u għandha familja waħda biss b'rappreżentanti ħajjin, id-Didelphidae b'żewġ sottofamilji (Caluromyinae u Didelphinae), b'bosta ġeneri u 'l fuq minn 95 speċi ħajja. Din tal-aħħar m'hijiex klassifikazzjoni definittiva għaliex jiddependi skont ma' liema skema ta' klassifikazzjoni wieħed jimxi. Hemm klassifikazzjonijiet li jaqsmu din l-ordni saħansitra f'4 familji separati (Caluromyidae, Didelphidae, Glironiidae u Marmosidae).

L-ordni Didelphimorphia mill-1993 sal-2006 kellha żieda ta' 'l fuq minn 54% aktar fin-numru tal-ispeċi: minn 63 speċi tela' għal madwar 98 speċi u din hija l-akbar u l-aktar żieda qawwija li kien hemm fin-numru ta' speċi fost l-ordnijiet kollha tal-klassi tal-mammiferi.

Id-Didelphimorphia flimkien mal-ordni Paucituberculata (l-opossumi bugdiedem), jiffurmaw is-superordni Ameridelphia (il-marsupjali tal-kontinenti Amerikani eskluż il-kolokolo).


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne