Edinburgu

Edinburgu
 Renju Unit
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju Unit
Nazzjon konstitwentiv tar-Renju UnitSkozja
Scottish council areaBelt ta' Edinburgu
Kap tal-Gvern Frank Ross (mul) Translate
Isem uffiċjali Edinburgh
Dùn Èideann
Edinburgh
Ismijiet oriġinali Edinburgh
Kodiċi postali EH1-EH13
Ġeografija
Koordinati 55°57′12″N 3°11′21″W / 55.9533°N 3.1892°W / 55.9533; -3.1892Koordinati: 55°57′12″N 3°11′21″W / 55.9533°N 3.1892°W / 55.9533; -3.1892
Edinburgu is located in the United Kingdom
Edinburgu
Edinburgu
Edinburgu (the United Kingdom)
, u
Superfiċjenti 259±1 kilometru kwadru
Għoli 47 m
Demografija
Popolazzjoni 488,050 abitanti (2016)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 7 century
Kodiċi tat-telefon 0131
Żona tal-Ħin UTC±0u UTC+1
bliet ġemellati Munich, Firenze, Dunedin, Vancouver, San Diego, Kiev, Aalborg, Krakovja, Nizza, Xi'an, Kjoto, Vilnius, Segovia, San Pietruburgu, Prefettura ta' Kjoto, Aalborgu Shenzhen (en) Translate
edinburgh.gov.uk

Edinburgu (pronunzja bl-Ingliż: /ˈɛdɪnbərə/[1][2][3]; bl-Ingliż u bl-Iskoċċiż: Edinburgh; bil-Gaeliku Skoċċiż: Dùn Èideann [ˈt̪uːn ˈeːtʲən̪ˠ]) hija l-belt kapitali tal-Iskozja u waħda mit-32 żona tal-kunsilli tagħha. Storikament kienet parti mill-kontea ta' Midlothian (b'mod interkambjabblii Edinburghshire qabel l-1921)[4], u tinsab f'Lothian fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Firth of Forth. Edinburgu hija t-tieni l-iktar belt popolata fl-Iskozja u s-sbatax-il belt l-iktar popolata fir-Renju Unit.

Rikonoxxuta bħala l-kapitali tal-Iskozja mill-inqas mis-seklu 15, Edinburgu hija s-sede tal-Gvern Skoċċiż, tal-Parlament Skoċċiż u tal-ogħla qrati fl-Iskozja. Il-Palazz ta' Holyroodhouse fil-belt huwa r-residenza uffiċjali tal-monarka tal-Iskozja. Il-belt ilha ċentru tal-edukazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-mediċina, il-liġi Skoċċiża, il-letteratura, il-filosofija, ix-xjenzi u l-inġinerija. Hija t-tieni l-ikbar ċentru finanzjarju fir-Renju Unit, u l-attrazzjonijiet storiċi u kulturali tal-belt wassluha biex tkun it-tieni l-iktar destinazzjoni fir-Renju Unit li jżuruha t-turisti. Fl-2018 attirat madwar 4.9 miljun turist, inkluż 2.4 miljun minn pajjiżi 'l barra mir-Renju Unit.[5][6]

Is-Sala tal-Kirurgi hija waħda mill-binjiet li wasslu biex Edinburgu ssir magħrufa bil-laqam ta' "Ateni tat-Tramuntana".

Huwa stmat li l-popolazzjoni uffiċjali ta' Edinburgu hija ta' 488,050 ruħ (lejn nofs l-2016) għal-lokalità ta' Edinburgu[7], 518,500 ruħ (lejn nofs l-2019) għaż-żona tal-kunsill tal-Belt ta' Edinburgu[8], u 1,339,380 ruħ (fl-2014) għar-reġjun usa' tal-belt.[9] Edinburgu tinsab fil-qalba tar-reġjun tal-belt ta' Edinburgu u tax-Xlokk tal-Iskozja li jinkludi l-Lvant ta' Lothian, Edinburgu, Fife, Midlothian, il-Fruntieri Skoċċiżi u l-Punent ta' Lothian.[10]

Kull sena fil-belt issir l-Assemblea Ġenerali tal-Knisja tal-Iskozja. Tospita istituzzjonijiet kulturali nazzjonali bħall-Mużew Nazzjonali tal-Iskozja, il-Librerija Nazzjonali u l-Gallerija Nazzjonali Skoċċiża. L-Università ta' Edinburgu, li ġiet stabbilita fl-1582 u issa waħda minn tlieta fil-belt, hija kklassifikata fis-16-il post fil-Klassifiki Universitarji Dinjin tal-QS għall-2022.[11] Il-belt hija magħrufa wkoll għall-Festival Internazzjonali Annwali ta' Edinburgu, il-Military Tatoo Annwali tal-Forzi Armati u The Fringe. Dan tal-aħħar huwa l-ikbar festival internazzjonali annwali tal-arti fid-dinja. Fost is-siti storiċi f'Edinburgu hemm il-Kastell ta' Edinburgu, il-Palazz ta' Holyroodhouse, il-knejjes ta' St. Giles, Greyfriars u Canongate, u r-Raħal il-Ġdid Ġorġjan li nbena fis-sekli 18-19. Iċ-ċentru storiku u r-raħal il-ġdid ta' Edinburgu[12] flimkien huma mniżżla fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[13]

  1. ^ "Edinburgh: definition of Edinburgh in Oxford dictionary (British & World English)". web.archive.org. 2014-01-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-13. Miġbur 2021-08-09.
  2. ^ "edinburgh - Definition, pictures, pronunciation and usage notes | Oxford Advanced Learner's Dictionary at OxfordLearnersDictionaries.com". web.archive.org. 2017-09-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-22. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Edinburgh | Define Edinburgh at Dictionary.com". web.archive.org. 2017-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-05. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "History of parishes - County and Parishes viewer - National Library of Scotland". web.archive.org. 2019-04-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-04-07. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Edinburgh, Financial Services UK | Invest Edinburgh". web.archive.org. 2017-10-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  6. ^ "Edinburgh by Numbers 2019". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-08. Miġbur 2021-08-09.
  7. ^ Team, National Records of Scotland Web (2013-05-31). "National Records of Scotland". National Records of Scotland . Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-02. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  8. ^ "Estimates of the population for the UK, England and Wales, Scotland and Northern Ireland - Office for National Statistics". www.ons.gov.uk. Miġbur 2021-08-09.
  9. ^ "About Us — Accelerating growth: The Edinburgh and South East Scotland City Region Deal". web.archive.org. 2015-11-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-25. Miġbur 2021-08-09.
  10. ^ "City Region Deal secured | The City of Edinburgh Council". web.archive.org. 2017-10-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  11. ^ "QS World University Rankings 2022". Top Universities (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.
  12. ^ "Edinburgh World Heritage | Visit Scotland". web.archive.org. 2013-02-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-22. Miġbur 2021-08-09.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old and New Towns of Edinburgh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne