Istat tal-Eritrea (ti) ሃገረ ኤርትራ
(ar) دولة إرتريا (en) State of Eritrea |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: ኤርትራ, ኤርትራ, ኤርትራ (“Eritrea, Eritrea, Eritrea”)
|
||||||
![]() |
||||||
Belt kapitali | Asmara | |||||
Lingwi uffiċjali | Tigrigna, Għarbi, Ingliż | |||||
Gvern | Repubblika unitarja ta' partit wieħed (de jure) Dittatorjat totalitarju (de facto) | |||||
- | President | Isaias Afwerki | ||||
Leġislatura | Assemblea Nazzjonali | |||||
Indipendenza tal-Etjopja | ||||||
- | Gwerra ta' l-Indipendenza ta' l-Eritrea | 1 ta’ Settembru, 1961 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 117,600 km2 (97) 45,406 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2020 | 3,546,000 abitant (131) | ||||
- | Densità | 30/km2 77.7/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2019 | |||||
- | Total | $6.42 biljun | ||||
- | Per capita | $1,835 | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2019 | |||||
- | Total | $1.98 biljun | ||||
- | Per capita | $566 | ||||
IŻU (2022) | 0.493 (175) | |||||
Valuta | Nakfa (ERN ) |
|||||
Żona tal-ħin | EAT (UTC+3) | |||||
Kodiċi telefoniku | +291 | |||||
TLD tal-internet | .er |
L-Eritrea (Ge'ez: ኤርትራ ʾErtrā ; Għarbi: إرتريا Iritrijá ), hija pajjiż li jinsab fil-"qarn" tal-Afrika. L-isem Eritrea huwa derivat mill-forma Taljana tal-isem Grieg Ἐρυθραίᾱ (Erythraíā ), li tfisser l-"[art] ħamra". Il-belt kapitali tagħha hija Asmara u għandha fruntieri mas-Sudan fil-Punent, l-Etjopja fin-Nofsinhar, u Ġibuti fix-Xlokk. Fil-Majjistral u fil-Lvant tal-Eritrea hemm kosta twila mal-Baħar l-Aħmar, faċċata tal-Arabja Sawdija u l-Jemen. Il-pajjiż fih medda ta' madwar 117,600 km2 (45,406 mil kwadru), u jinkludi l-Arċipelagu Dahlak u ħafna mill-Gżejjer Hanix.
L-Eritrea hija pajjiż multietniku, b'disa' gruppi etniċi magħrufa. Għandha popolazzjoni ta' madwar sitt miljun abitant. Ħafna jitkellmu ilsna Afro-Asjatiċi, Semitiċi jew Kusiti. Fost dawn il-komunitajiet, it-Tigrinja jirrappreżentaw 55 % tal-popolazzjoni. Ħafna min-nies huma Nsara jew Musulmani.
Is-saltna ta' Aksum, li kienet tinkludi l-Eritrea tal-lum u t-Tramuntana tal-Etjopja, bdiet bejn l-ewwel u t-tieni seklu W.K. u kienet Nisranija kważi sa mill-bidu tagħha. Fil-Medju Evu ħafna mill-Eritrea waqgħet taħt is-saltna ta' Medri Baħri, u biċċa minnha kienet tagħmel parti mir-Repubblika Ħamasja. L-Eritrea tal-lum hija magħmula minn saltniet li qabel kienu independenti u stati vassali tal-Imperu Etjopjan u tal-Imperu Ottoman, li eventwalment iffurmaw l-Eritrea Taljana. Fl-1947 l-Eritrea saret parti mill-Federazzjoni tal-Etjopja u l-Eritrea. Wara l-Gwerra għall-Independenza, l-Eritrea saret stat indipendenti fl-1991.
L-Eritrea hija membru tal-Unjoni Afrikana, tal-Ġnus Magħquda u l-IGAD, u hija osservatriċi fil-Lega Għarbija.
Total tal-fruntieri tal-Eritrea: 1,840 km, pajjiżi tal-fruntiera (3): Ġibuti 125 km; Etjopja 1,033 km; Sudan 682 km.