Euarchontoglires | |
---|---|
![]() | |
Aj-aj Daubentonia madagascariensis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * Dermoptera |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Euarchontoglires huwa superordni ta' mammiferi plaċentati bbażat fuq analiżi ta' sekwenzi ġenetiċi molekulari u fuq dati preżenti/assenti ta' retrotranspożji. Dan is-superordni qiegħed klassifikat, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria u fl-infraklassi Eutheria.
Euarchontoglires jiġbor fih żewġ kladi u sitt ordnijiet. Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra Afrotheria, Laurasiatheria, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria.
L-Euarchontoglires probabbilment infired mis-superordni Laurasiatheria bejn 85 u 95 miljun sena ilu matul il-Kretaċju. Din l-ipoteżi hija sostnuta kemm minn fossili kif ukoll minn evidenza molekulari.