Repubblika Franċiża |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: Liberté, Égalité, Fraternité “Libertà, Ugwaljanza, Fraternità” |
||||||
Innu nazzjonali: La Marseillaise |
||||||
Pożizzjoni ta' Franza (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Pariġi 48°52′N 2°19.59′E / 48.867°N 2.3265°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Franċiż | |||||
Gruppi etniċi | Franċiżi | |||||
Gvern | Repubblika semipresidenzjali | |||||
- | President | Emmanuel Macron | ||||
- | Prim Ministru | Michel Barnier | ||||
Leġislatura | Parlament | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | L-Ewwel Repubblika Franċiża | 1792 | ||||
- | Kostituzzjoni attwali | 1958 | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu, 1957 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 674,843 km2 (40) 260,558 mil kwadru |
||||
- | Densità | 115/km2 (89) 297/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2008 | |||||
- | Total | $2.086 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $33,334[1] (18) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2009 | |||||
- | Total | $2.499 triljun[1] | ||||
- | Per capita | $39,922[1] (16) | ||||
Gini (2002) | 26.7 | |||||
IŻU (2008) | ▲ 0.956 (għoli) (11) | |||||
Valuta | Ewro,[2] CFP Franc[3] (EUR, XPF ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +33 | |||||
TLD tal-internet | .fr[4] |
Franza (Franċiż: France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'18 régions li huma suddiviżi f' départements.[5]
Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tax-Xlokk. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena.[6] Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G7 u tan-NATO.[7] Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.
Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse, Strasburgu, Rennes u Nantes.