Giorgia Meloni (twieldet fil-15 ta' Jannar 1977) hija ġurnalista u politika Taljana. Ilha l-kap tal-partit politiku konservattiv nazzjonali Fratelli d'Italia (litteralment l-Aħwa tal-Italja) mill-2014 u l-President tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej mill-2020. Ilha membru tal-Kamra tad-Deputati tal-Italja mill-2006.[1][2]
Meloni kienet Ministru għaż-Żgħażagħ fir-raba' gvern ta' Silvio Berlusconi (2008-2011) u kienet President ta' Azione Giovani u ta' Azione Studentesca, is-sezzjonijiet taż-żgħażagħ ta' Alleanza Nazionale u ta' Popolo della Libertà, rispettivament.