Indoewropew

Lingwi Indo-Ewropej

L-Indoewropew hija kostruzzjoni xjentifika ta', dik li tissejjaħ protolingwa: lingwa prototipika komuni, li minnha nissoponu li tnisslu d-diversi lingwi tal-familja Indoewropea. Illum huwa meqjus aktar preċiż li nitkellmu fuq il-Proto-Indoewropew għaliex rikostruzzjoni, fis-sens ta' lingwa li tista' tintuża għall-komunikazzjoni, mhijiex possibli. Rikostruzzjonijiet ta' l-Indoewropew iwasslu biss għall-għerq ta' kliem, fenomeni fonoloġiċi u strutturi sintattiċi bażiċi.

Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom relazzjoni ġenetika (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli fonetici tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci jestrapolaw u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne