Jaipur | |
---|---|
![]() | |
![]() | |
Amministrazzjoni | |
Pajjiż | Indja |
State of India | Rajasthan |
Division of Rajasthan | diviżjoni ta' Jaipur |
District of India | distrett ta' Jaipur |
Kap tal-Gvern |
Ashok Parnami (en) ![]() |
Isem uffiċjali |
जयपुर Jaipur |
Ismijiet oriġinali | जयपुर |
Kodiċi postali |
302001 |
Ġeografija | |
Koordinati | 26°55′N 75°52′E / 26.92°N 75.87°EKoordinati: 26°55′N 75°52′E / 26.92°N 75.87°E |
Superfiċjenti | 467 kilometru kwadru, 2,185 hectare, 710 hectare, 2,205 hectare |
Għoli | 431 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 3,073,350 abitanti (2011) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1727 |
Kodiċi tat-telefon |
141 |
Żona tal-Ħin | UTC+5:30 |
bliet ġemellati | Calgary, Fremont, Dodoma, Port Louisu Lagos |
jaipurmc.org |
Jaipur (pronunzjata: /ˈdʒaɪpʊər/[1][2][3]; bil-Ħindi: Jayapura), li qabel kienet imsejħa Jeypore, hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat Indjan ta' Rajasthan. Fl-2011 il-belt kellha popolazzjoni ta' 3.1 miljun ruħ, u b'hekk kienet l-għaxar l-iktar belt popolata fil-pajjiż. Jaipur hija magħrufa wkoll bħala l-"Belt ir-Roża", minħabba l-kulur dominanti tal-binjiet tal-belt. Hija magħrufa wkoll bħala l-"Pariġi tal-Indja", u C. V. Raman sejħilha l-"Gżira tal-Glorja". Tinsab 268 kilometru (167 mil) mill-belt kapitali nazzjonali New Delhi. Jaipur ġiet stabbilita fl-1727 mill-mexxej Kachhwaha Rajput, Jai Singh II[4][5], il-mexxej ta' Amer, li għalih issemmiet il-belt. Hija waħda mill-iżjed bliet ippjanati bikrin tal-Indja moderna, u ġiet iddisinjata minn Vidyadhar Bhattacharya. Matul il-perjodu kolonjali Brittaniku, il-belt serviet bħala l-belt kapitali tal-istat ta' Jaipur. Wara l-indipendenza fl-1947, Jaipur saret il-belt kapitali tal-istat iffurmat ġdid ta' Rajasthan.
Jaipur hija destinazzjoni turistika popolari fl-Indja u tifforma parti miċ-ċirkwit turistiku magħruf bħala t-Triangolu tad-Deheb tal-Punent, flimkien ma' Delhi u Agra (240 km, 149 mil).[6] Tintuża wkoll bħala l-punt ta' wasla biex imbagħad wieħed jasal għal destinazzjonijiet turistiċi oħra fir-Rajasthan, fosthom Jodhpur (348 km, 216 mil), Jaisalmer (571 km, 355 mil), Bharatpur (186 km, 116 mil), Udaipur (421 km, 262 mil), Kota (252 km, 156 mil) u l-Muntanja Abu (520 km, 323 mil).
Fis-6 ta' Lulju 2019, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO niżżel lil Jaipur, il-"Belt Roża tal-Indja", fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[7][8] Fil-belt hemm ukoll żewġ Siti ta' Wirt Dinji oħra, jew komponenti minnhom, li huma l-Forti ta' Amer[9] u l-Jantar Mantar.[10]