Jules Ottenstadion Den Ot | |
---|---|
![]() | |
Lokalità | Gentbrugge |
Kapaċità | 12,919 |
Lokatorji | |
KAA Gent |
Jules Ottenstadion huwa grawnd tal-futbol li jinsab f'Gentbrugge, Ghent, Belġju. Huwa bħalissa qed jintuża l-aktar għal logħbiet tal-futbol u huwa l-grawnd ta' KAA Gent. L-istadju jesa' 12,919 spettatur u kien mibni fl-1920. Huwa mistenni li jiġi sostitwit mill-grawnd Arteveldestadion li se jitlesta fl-2013. Il-poplu ta' Ghent isejjaħ lil dan l-istadju sempliċiment Ottenstadion. Huwa jinsab fiċ-ċentru tal-lokal residenzjali f'Bruiloftstraat ġewwa Gentbrugge.