KAA Gent

KAA Gent
Isem sħiħ Koninklijke Atletiek Associatie Gent
Ismijiet oħra De Buffalos (Il-bufli)
Fundazzjoni 1864
Grawnd Ghelamco Arena, Ghent
Proprjetarju Ivan De Witte (en) Translate
President Ivan De Witte (en) Translate
Kowċ Danijel Miličević (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Koninklijke Atletiek Associatie Gent (Royal Athletic Association Ghent), spiss magħrufa sempliċement bħala Ghent jew mill-laqam tagħhom De Buffalo's, huwa klabb Belġjan li jofri tipijiet ta' sport speċjalment futbol, huwa bbażat fil-belt ta' Ghent. Dawn ilhom jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-istaġun 1989–90. L-aħjar riżultat tagħhom fil-kampjonat kien fit-tieni post fl-istaġuni 1954–55 u 2009–10. Huma rebħu tliet Tazzi Belġjani. Gent bdew jilgħabu l-logħbiet tagħhom f'Jules Ottenstadion ġewwa Gentbrugge mill-1920. Il-klabb ppjana pass ġdid biex jibni grawnd ġdid Ghelamco Arena wara l-istaġun 2012–13. Regolarment, huma jilagħbu bi flok blu u abjad. L-isponsor prinċipali huwa l-istituzzjoni finanzjarja VDK.

Id-diviżjoni tal-futbol fetħet fl-1900. Il-laqam tal-klabb huwa De Buffalo's, terminu maħluq wara żjara tal-Buffalo Bill oriġinali kmieni fis-seklu għoxrin. Gent gawdu l-ewwel espliċita fl-ogħla livell fil-futbol Belġjan bejn l-istaġuni 1913–141928–29, u t-tieni waħda mill-1936–37 sal-1966–67. Fis-1970ijiet u fit-1980ijiet, il-klabb kellu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjonijiet, iżda ġew lura fl-ogħla livell fl-1989. Il-klabb laħaq il-kwarti tal-finali tal-UEFA Cup 1991-92, li hija l-aħjar kisba tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej.


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne