Kalifat Almohad ٱلْمُوَحِّدُونَ (Għarbi) al-Muwaħħidūn |
|||
---|---|---|---|
|
|||
![]() Kronoloġija tat-tfettiħ mill-Kalifat Almohad.
|
|||
Belt kapitali | Marrakexx | ||
Lingwi uffiċjali | Għarbi | ||
Lingwi reġjonali rikonoxxuti | Lingwi Berberi, Możarabiku | ||
Reliġjon | Iżlam (Almoħadiżmu) |
Il-Kalifat Almohad jew il-Mwaħħdin (bl-Għarbi: خِلَافَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew دَوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew ٱلدَّوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِيَّةُ mill-Għarbi ٱلْمُوَحِّدُونَ b'ittri Rumani: Kħilafat ul-Muwaħħidīn, jew ad-Dawlat ul-Muwaħħidīn mill Għarbi al-Muwaħħidūn, litt. "dawk li jistqarru t-twemmin ta' Alla wieħed"[1][2]) kien imperu Mislem Berberu tat-Tramuntana tal-Afrika mwaqqaf fis-seklu 12. Fl-eqqel tiegħu, kien jikkontrolla ħafna mill-Peniżola Iberika Iżlamika (Al-Andalus) u t-Tramuntana tal-Afrika (il-Magreb).[3][4][5] Il-moviment Almohadi twaqqaf minn Ibn Tumart fost it-tribujiet Masmuda Berberi, iżda l-Kalifat tal-Almohadi u d-dinastija fit-tmun twaqqfu wara mewtu minn Abd al-Mu'min al-Gumi.[6][7][8][9] Madwar l-1120, Ibn Tumart l-ewwel stabbilixxa stat Berberu f'Tinmel fil-Muntanji Atlas.[3] Taħt Abd al-Mu'min (li rrenja mill-1130 sal-1163), il-moviment irnexxielu jwaqqa' d-dinastija Almoravid li kienet tiggverna l-Marokk fl-1147, meta rebaħ Marrakexx u ddikjara lilu nnifsu kaliff. Imbagħad estenda s-setgħa tiegħu fuq il-Magreb kollu sal-1159. Al-Andalus malajr segwa u safa taħt il-ħakma tal-Almohadi sal-1172.[10]
Il-punt ta' bidla tal-preżenza tal-kalifat fil-Peniżola Iberika waslet fl-1212, meta il-Kaliff Muħammad III "in-Nasir" (1199-1214) ġie megħlub fil-Battalja ta' Las Navas de Tolosa fis-Sierra Morena minn alleanza tal-forzi Kristjani mir-renji ta' Kastilja, ta' Aragona u ta' Navarra. Ħafna mit-territorji li kien fadal ta' Al-Andalus intilfu fid-deċennji ta' wara, u l-bliet ta' Córdoba u ta' Sivilja waqgħu f'idejn l-Insara fl-1236 u fl-1248 rispettivament.
L-Almohadi komplew jaħkmu fl-Afrika sakemm it-telf frammentali tat-territorju permezz tar-rewwixta tat-tribujiet u d-distretti ppermettiet l-istabbiliment tal-għedewwa l-aktar effettivi tagħhom, il-Marinidi, mit-Tramuntana tal-Marokk fl-1215. L-aħħar rappreżentant tad-dinastija, Idris "il-Watiq", ġie ridott għall-pussess ta' Marrakexx, fejn kien maqtul minn skjav fl-1269; il-Marinidi ħatfu lil Marrakexx, u temmew id-dominazzjoni tal-Almohadi fil-Punent tal-Magreb.
|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |language=
injorat (għajnuna); |title=
nieqes jew vojt (għajnuna) Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref>
tag; name ":6" defined multiple times with different content
|publisher=
injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |page=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |year=
injorat (għajnuna); |title=
nieqes jew vojt (għajnuna)
|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website=
injorat (għajnuna); |title=
nieqes jew vojt (għajnuna)