![]() | |
Erja | 17,840,000 km2 |
---|---|
Popolazzjoni | 423,581,078[1] |
Densità tal-popolazzjoni | 21.4/km2 |
PGD (nominal) | $2.90 triljun[2] |
PGD (PPP) | $6.53 triljun[3] |
PGD per capita | $6,720[4] |
Demonimu | abitant tal-Amerka t’Isfel |
Pajjiżi | 12-14 |
Dipendenzi |
Esterni (1-3) Interni (1-5) |
Lingwi | Spanjol, Portugiż, Gwaraní, Ingliż, Franċiż, Olandiż, Quechua, Aymara, Mapudungun, u oħrajn |
Żoni tal-ħin | UTC-2 sa UTC-5 |
L-ikbar bliet |
São Paulo Lima Bogotá Rio de Janeiro Santiago Caracas Buenos Aires Salvador Brasília Fortaleza |
Kodiċi NU M49 |
005 – l-Amerka t’Isfel419 – l-Amerka Latina019 – l-Amerki001 – id-Dinja |
L-Amerika t'Isfel (jew l-Amerka t'Isfel) hija kontinent li jinsab kollu kemm hu fl-Emisferu tal-Punent u l-iktar fl-Emisferu tan-Nofsinhar, b'biċċa relattivament żgħira fl-Emisferu tat-Tramuntana. Tista' tiġi deskritta wkoll bħala s-sottokontinent t'isfel miż-żewġ Amerki. F'dawn l-aħħar deċennji r-referenza għall-Amerka t'Isfel minflok reġjuni oħra (bħall-Amerka Latina jew il-Kon tan-Nofsinhar) żdiedet minħabba bidliet fid-dinamiċi ġeopolitiċi.
Fil-Punent tal-Amerka t'Isfel hemm l-Oċean Paċifiku u fit-Tramuntana u fil-Lvant hemm l-Oċean Atlantiku. Fil-Majjistral hemm l-Amerka ta' Fuq u l-Baħar Karibew. Hija magħmula minn tnax-il stat sovran: l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Guyana, il-Paragwaj, il-Perù, is-Suriname, l-Urugwaj, u l-Venezwela; dipartiment u reġjun extra-Ewropew ta' Franza, il-Guyana Franċiża; u territorju extra-Ewropew Brittaniku: il-Gżejjer Falkland. Barra minn hekk, il-gżejjer ABC tar-Renju tan-Netherlands, il-Gżira ta' Ascension (id-dipendenza ta' Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha, u territorju extra-Ewropew Brittaniku), il-Gżira ta' Bouvet (dipendenza tan-Norveġja), il-Panama, il-Gżejjer tal-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar (territorju extra-Ewropew Brittaniku), u Trinidad u Tobago jistgħu jitqiesu wkoll bħala parti mill-Amerka t'Isfel.
L-Amerka t'Isfel tkopri madwar 17,840,000 kilometru kwadrat ta' art. Fl-2018, ġie stmat li l-popolazzjoni tagħha hija iktar minn 423 miljun persuna. L-Amerka t'Isfel hija r-raba' l-ikbar kontinent bħala art, wara l-Asja, l-Afrika u l-Amerka ta' Fuq) u l-ħames bħala popolazzjoni, wara l-Asja, l-Afrika, l-Ewropa u l-Amerka ta' Fuq. Il-Brażil huwa bil-qabża l-pajjiż bl-ikbar popolazzjoni fl-Amerka t'Isfel, b'iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-kontinent, segwit mill-Kolombja, mill-Arġentina, mill-Venezwela u mill-Perù. F'dawn l-aħħar deċennji, il-Brażil iġġenera wkoll nofs il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-kontinent u sar l-ewwel setgħa reġjonali.[5]
Il-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-Amerka t'Isfel tgħix qrib il-kosti tal-Punent jew tal-Lvant tal-kontinent, filwaqt li n-naħa ta' ġewwa u ferm lejn in-Nofsinhar, ma tantx jgħixu nies. Il-Punent tal-Amerka t'Isfel huwa dominat ġeografikament mill-muntanji tal-Andes. Min-naħa l-oħra, il-Lvant fih kemm reġjuni muntanjużi kif ukoll pjanuri enormi bi xmajjar bħall-Amażonja, l-Orinoco, u l-Paranà. Il-biċċa l-kbira tal-kontinent jinsab fit-tropiċi.
Il-prospettiva kulturali u etnika tal-kontinent toriġina mill-interazzjoni tal-popli indiġeni mal-ħakkiema u mal-immigranti Ewropej, u fuq livell iktar lokali, mal-ilsiera Afrikani. Minħabba l-istorja twila ta' kolonjaliżmu, il-maġġoranza l-kbira tal-abitanti tal-Amerka t'Isfel jitkellmu bil-Portugiż jew bl-Ispanjol, u s-soċjetajiet u l-istati jirriflettu t-tradizzjonijiet tal-Punent. Meta mqabbla mal-Ewropa, mal-Asja u mal-Afrika, fis-seklu 20 l-Amerka t'Isfel kienet kontinent paċifiku bi ftit gwerer.[6]
|koawturi=
(għajnuna)
|koawturi=
(għajnuna)
|koawturi=
(għajnuna)
|koawturi=
(għajnuna)