Litwanja

Repubblika tal-Litwanja
Lietuvos Respublika
Lietuvos Respublika – Bandiera Lietuvos Respublika – Emblema
Innu nazzjonali: Tautiška giesmė
Innu Nazzjonali

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Vilnius
54°41′N 25°19′E / 54.683°N 25.317°E / 54.683; 25.317

Lingwi uffiċjali Litwan
Gvern Repubblika parlamentari[1]
 -  President Gitanas Nausėda
 -  Prim Ministru Ingrida Šimonytė
 -  Kelliem tas-Seimas Viktorija Čmilytė-Nielsen
Stabbiliment
 -  L-ewwel menzjoni tal-Litwanja 9 ta' Marzu 1009 
 -  Inkurunazzjoni ta' Mindaugas 6 ta' Lulju 1253 
 -  Unjoni mal-Polonja 2 ta' Frar 1386 
 -  Commonwealth Litwana-Pollakka maħluqa 1 ta' Lulju 1569 
 -  Partizzjonijiet tal-Commonwealth 24 ta' Ottubru 1795 
 -  Indipendenza ddikjarata 16 ta' Frar 1918 
 -  l-1el Okkupazzjoni Sovjetika 15 ta' Ġunju 1940 
 -  Okkupazzjoni Ġermaniża Nażista 22 ta Ġunju 1941 
 -  it-2ni Okkupazzjoni Sovjetika Lulju 1944 
 -  Indipendenza restawrata 11 ta' Marzu 1990 
Sħubija fl-UE 1 ta' Mejju 2004
Erja
 -  Total 65,300 km2 (123)
25,212 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.35
Popolazzjoni
 -  stima tal-2017 2,823,859[2] (140)
 -  ċensiment tal-2011 3,043,429 
 -  Densità 50.3/km2 (120)
141.2/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2011
 -  Total $65.014 biljun[3] 
 -  Per capita $21,615[3] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $42.164 biljun[3] 
 -  Per capita $14,018[3] 
IŻU (2013) Increase 0.818[4] (għoli ħafna) (41)
Valuta Ewro ()
Żona tal-ħin EET (UTC+2)
Kodiċi telefoniku +370
TLD tal-internet .lt1
1 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea

Il-Litwanja (Litwan: Lietuva), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Litwanja (Litwan: Lietuvos Respublika) hi pajjiż fl-Ewropa ta' Fuq, u l-akbar mit-tliet Stati Baltiċi. Hi tinsab tul ix-xatt tax-xlokk tal-Baħar Baltiku, lejn il-lvant tal-Iżvezja u d-Danimarka. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Latvja lejn it-tramuntana, il-Bjelorussja lejn il-lvant u n-nofsinhar, il-Polonja fin-nofsinhar, u l-Karaliaučius għall-Lbiċ. Il-Litwanja għandha popolazzjoni stmata ta' 3 miljuni (2012), u l-belt kapitali u l-akbar belt tagħha hija Vilnius. Il-Litwani huma Nies Baltiċi, u l-lingwa uffiċjali, il-lingwa Litwana, hija waħda minn żewġ lingwi ħajjin (flimkien mal-Latvjan) fil-fergħa Baltika tal-familji tal-lingwi Indo-Ewropej.

Il-Litwanja hija pajjiż żviluppat bi dħul għoli, ekonomija avvanzata, li tinsab fis-37 post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem (HDI) u fid-19-il post fir-Rapport Dinji dwar il-Ferħ. Il-Litwanja hija membru tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa, iż-żona tal-euro, il-Bank Nordiku tal-Investiment, il-Ftehim ta' Schengen, in-NATO, u l-OECD. Jipparteċipa wkoll fil-format ta' kooperazzjoni reġjonali Nordic-Baltic Eight (NB8).

  1. ^ Nutarimas, Qorti Kostituzzjonali Litwan, 1998.
  2. ^ Numru tal-popolazzjoni.
  3. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Litwanja". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  4. ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne