Lviv

Lviv
 Ukrajna
Amministrazzjoni
Stat sovranUkrajna
Oblast of UkraineOblast ta' Lviv
Raion of UkraineRaion ta' Lviv
HromadaKomunità tal-Belt ta' Lviv
Kap tal-Gvern Andriy Sadovyi
Isem uffiċjali Львів
Lwów
Lviv
Lemberg
Lwów
Lwów
Лемберг
Lemberg
Lwów
L' vov
Ismijiet oriġinali Львів
Kodiċi postali 79000–79490
Ġeografija
Koordinati 49°50′33″N 24°01′56″E / 49.8425°N 24.0322°E / 49.8425; 24.0322Koordinati: 49°50′33″N 24°01′56″E / 49.8425°N 24.0322°E / 49.8425; 24.0322
Lviv is located in Ukraine
Lviv
Lviv
Lviv (Ukraine)
Superfiċjenti 182 kilometru kwadru
Għoli 296 m
Fruntieri ma' Raion ta' Lviv
Demografija
Popolazzjoni 717,273 abitanti (1 Jannar 2022)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1256 (Gregorian)
Kodiċi tat-telefon 322
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3
bliet ġemellati Vilnius, Łódź, Wrocław, Freiburg im Breisgau, Kutaisi, Winnipeg, Krakovja, Lublin, Przemyśl (mul) Translate, Rzeszów (en) Translate, Budapest, Rochdale (en) Translate, Tbilisi, Samarkanda, Banja Luka, Corning (en) Translate, Novi Sad, Whitstable (en) Translate, Varsavja, Eskilstuna Municipality (en) Translate, Rishon LeZion, Enköping Municipality (en) Translate, Plovdiv, Chengdu, Parma (en) Translate, Cannes (mul) Translate, Reykjaviku Graz
city-adm.lviv.ua

Lviv (bl-Ukren: Львів [lʲʋiu̯]) hija l-ikbar belt fil-Punent tal-Ukrajna u s-sitt l-ikbar belt fl-Ukrajna kollha, b'popolazzjoni ta' 717,510 ruħ (skont stima fl-2021).[1] Lviv hija waħda miċ-ċentri kulturali prinċipali tal-Ukrajna.

Imsemmija hekk biex tagħti ġieħ lil Leo, l-ikbar iben ta' Danjel, ir-Re ta' Rutenja, Lviv kienet il-belt kapitali tar-Renju ta' Galizja–Volhynia mill-1272 sal-1349[2], meta nħakmet mir-Re Casimir III l-Kbir tal-Polonja. Mill-1434, saret il-kapitali reġjonali tal-Vojvodat ta' Rutenja fir-Renju tal-Polonja. Fl-1772, wara l-Ewwel Qsim tal-Polonja, il-belt saret il-kapitali tar-Renju tal-Asburgi ta' Galizja u Lodomerja. Fl-1918, għal żmien qasir, kienet il-kapitali tar-Repubblika tal-Poplu tal-Punent tal-Ukrajna. Bejn l-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija, il-belt kienet iċ-ċentru tal-Vojvodat ta' Lwów fit-Tieni Repubblika Pollakka.

Wara l-invażjoni tal-Polonja min-naħa tal-Ġermaniżi u tas-Sovjetiċi fl-1939, Lviv saret parti mill-Unjoni Sovjetika, u fl-1944-1946 kien hemm skambju ta' popolazzjonijiet bejn il-Polonja u l-Ukrajna Sovjetika. Fl-1991, il-belt saret parti mill-Ukrajna indipendenti.

Lviv taqdi r-rwol ta' ċentru amministrattiv tal-Oblast u tar-Raoin ta' Lviv u kellha l-istatus ta' belt ta' importanza ta' oblast qabel dik id-deżinjazzjoni ġiet abolita fl-2020.[3] Il-belt għandha f'idejha wkoll l-amministrazzjoni tal-hromada urbana ta' Lviv.[4]

Lviv kienet iċ-ċentru tar-reġjuni storiċi Komunisti ta' Rutenja u tal-Galizja. Iċ-ċentru storiku fil-qalba tal-belt, bil-binjiet antiki u t-toroq biċ-ċagħaq tiegħu, ma tantx ġarrab ħsarat estensivi mill-okkupazzjonijiet Sovjetiċi u Ġermaniżi matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-belt għandha bosta industriji u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħall-Università ta' Lviv u l-Istitut Politekniku ta' Lviv. Lviv tilqa' wkoll bosta istituzzjonijiet kulturali, inkluż orkestra filarmonika u t-Teatru tal-Opri u taż-Żfin Klassiku ta' Lviv.[5] Iċ-ċentru storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[6]

  1. ^ "Statistika Ukrajna" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-04-06. Miġbur 2022-04-02.
  2. ^ Perfecky, George A. (1973). The Galician-Volynian Chronicle. Munich: Wilhelm Fink Verlag. OCLC 902306.
  3. ^ "Те, чого ніколи не було в Україні: Уряд затвердив адмінтерустрій базового рівня, що забезпечить повсюдність місцевого самоврядування". web.archive.org. 2022-02-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-14. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Львівська територіальна громада - Склад громади". web.archive.org. 2022-01-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-01-15. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Meest-tour: Львів". web.archive.org. 2010-02-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-02-25. Miġbur 2022-04-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "L'viv – the Ensemble of the Historic Centre". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-02.

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne