Munxar

Munxar
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Ġeografija
Koordinati 36°01′49″N 14°14′07″E / 36.0303°N 14.2353°E / 36.0303; 14.2353Koordinati: 36°01′49″N 14°14′07″E / 36.0303°N 14.2353°E / 36.0303; 14.2353
Munxar is located in Malta
Munxar
Munxar
Munxar (Malta)
Superfiċjenti 2.8 kilometru kwadru
Għoli 75 m
Demografija
Popolazzjoni 1,454 abitanti (31 Marzu 2014)
munxar.gov.mt

Il-Munxar hu raħal Għawdxi li jinsab fin-nofsinhar tal-gżira, qrib ir-raħal ta' Sannat, b'popolazzjoni ta' madwar 1,019 -il ruħ. L-isem "Munxar" ġej minn tip ta' serrieq, bis-snien tiegħu jidhru fl-arma tal-lokal.

Il-Munxar hu l-aktar magħruf għall-bajja tax-Xlendi, waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari ta' Għawdex, li sa nofs is-seklu 20 kienet għadha biss post tas-sajjieda.

Il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar hi ddedikata lill-Appostlu San Pawl, protettur ta' Malta u Għawdex, kif ukoll tal-istess raħal tal-Munxar. Il-parroċċa tal-Munxar hi l-aħħar waħda li ġiet stabbilita. Dan sar fl-1957 mill-Isqof Ġużeppi Pace.


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne