Nizza | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Franza | ||
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | ||
Region of France | Provence-Alpes-Côte d'Azur | ||
Dipartimenti ta' Franza | Alpes-Maritimes | ||
Kap tal-Gvern |
Christian Estrosi (mul) ![]() | ||
Isem uffiċjali | Nice | ||
Ismijiet oriġinali |
Nice Niça | ||
Kodiċi postali |
06000, 06200, 06100u 06300 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 43°42′07″N 7°16′06″E / 43.7019°N 7.2683°EKoordinati: 43°42′07″N 7°16′06″E / 43.7019°N 7.2683°E | ||
![]() ![]() | |||
Superfiċjenti | 71.92 kilometru kwadru | ||
Għoli | 0 m, 520 mu 15 m | ||
Fruntieri ma' |
Aspremont (mul) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 353,701 abitanti (1 Jannar 2022) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
493 | ||
Żona tal-Ħin | Ħin tal-Ewropa Ċentrali, UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Sorrento, Cartagena de Indias, Libreville, Saint-Denis, Netanya, Nuremberg, Papeete, Venezja, Manila, Gdańsk, Hangzhou, Cape Town, Cuneo, Rio de Janeiro, Nouméa, Alicante, Santa Cruz de Tenerife, Thessaloniki, Edinburgu, Yalta, La Maddalena, Szeged, Kamakura, Yerevan, San Pietruburgu, Brisbaneu Noci | ||
nice.fr |
Nizza (pronunzjata: [ˈnittsa]; bil-Franċiż: Nice; pronunzja bil-Franċiż: [nis]; bid-djalett ta' Nizza u tal-Liguria: Nissa; bil-Grieg Antik: Νίκαια; bil-Latin: Nicaea) hija l-prefettura tad-dipartiment tal-Alpes-Maritimes fi Franza. L-agglomerazzjoni ta' Nizza hija estiża ferm lil hinn mil-limiti tal-belt amministrattiva, b'popolazzjoni ta' kważi miljun ruħ f'erja ta' 744 km2 (287 mil kwadru).[1][2] Nizza tinsab fir-Rivjera Franċiża, il-kosta tax-Xlokk ta' Franza mal-Baħar Mediterran, taħt l-Alpi Franċiżi. Nizza hija t-tieni l-ikbar belt fi Franza mal-kosta Mediterranja u t-tieni l-ikbar belt fir-reġjun ta' Provence-Alpes-Côte d'Azur wara Marsilja. Nizza hija madwar 13-il kilometru (tmien mili) mill-Prinċipat ta' Monaco u 30 kilometru (19-il mil) mill-fruntiera bejn Franza u l-Italja. L-ajruport ta' Nizza jservi bħala punt ta' kollegament għar-reġjun kollu.
Il-belt hija mlaqqma Nice la Belle (Nissa La Bella bin-Niçard), li tfisser "Nizza s-Sabiħa" u li huwa wkoll it-titlu tal-innu mhux uffiċjali ta' Nizza, miktub minn Menica Rondelly fl-1912. Iż-żona ta' Nizza moderna tinkludi is-sit ta' Terra Amata, li huwa sit arkeoloġiku li juri evidenza tal-użu bikri ħafna tan-nar 380,000 sena ilu. Għall-ħabta tat-350 Q.K., il-Griegi ta' Marsilja stabbilew insedjament permanenti u sejħulu Νίκαια, Nikaia, f'ġieħ Nike, l-alla femminili tar-rebħa.[3] Matul is-snin, ir-riedni tal-belt għaddew minn id għall-oħra bosta drabi. Il-pożizzjoni strateġika u l-port tagħha kkontribwew għall-qawwa marittima tagħha. Mill-1388 kienet dominju tal-familja Savoia, imbagħad saret parti mill-Ewwel Repubblika Franċiża bejn l-1792 u l-1815, meta reġgħet lura fir-Renju ta' Piemonte-Sardenja, il-predeċessur ġuridiku tar-Renju tal-Italja, sal-annessjoni mill-ġdid minn Franza fl-1860.
L-ambjent naturali taż-żona ta' Nizza u l-klima Mediterranja miti tagħha attiraw l-attenzjoni tal-Ingliżi tal-klassijiet għoljin fit-tieni nofs tas-seklu 18, meta għadd dejjem ikbar ta' familji aristokratiċi bdew iqattgħu x-xtiewi tagħhom hemmhekk. Fl-1931, wara r-rinnovazzjoni tal-mogħdija prinċipali tal-belt mal-baħar, il-Promenade des Anglais ("Mogħdija tal-Ingliżi"), ġiet inawgurata mill-Prinċep Arthur, id-Duka ta' Connaught; l-isem ingħata minħabba l-viżitaturi li kienu jżuru l-lokalità.[4] Fosthom kien hemm ir-Reġina Vitorja flimkien ma' binha Dwardu VII li qattgħu x-xtiewi hemmhekk, kif ukoll Henry Cavendish, li twieled f'Nizza, li skopra l-idroġenu.
L-arja nadifa u d-dawl bati attiraw b'mod partikolari lill-pitturi notevoli, fosthom Marc Chagall, Henri Matisse, Niki de Saint Phalle u Arman. Ix-xogħol tagħhom jitfakkar f'bosta mużewijiet tal-belt, inkluż il-Musée Marc Chagall, il-Musée Matisse u l-Musée des Beaux-Arts.[5] Il-kittieba internazzjonali wkoll ġew attirati u ispirati mill-belt. Frank Harris kiteb diversi kotba, inkluż l-awtobijografija tiegħu My Life and Loves (Ħajti u n-Namriet Tiegħi) f'Nizza. Friedrich Nietzsche qatta' sitt xtiewi konsekuttivi f'Nizza, u kiteb Thus Spoke Zarathustra (Imbagħad Tkellmet Zarathustra) hawnhekk. Barra minn hekk, il-kittieb Russu Anton Chekhov temm id-dramm tiegħu Three Sisters (Tliet Aħwa Nisa) meta kien jgħix f'Nizza.
Nizza kienet tappella wkoll għar-Russi tal-klassijiet għoljin. Il-Prinċep Nicholas Alexandrovich, l-eredi apparenti għar-Russja Imperjali, miet f'Nizza u kien patrun taċ-Ċimiterju Ortodoss Russu f'Nizza, fejn indifnet il-Prinċipessa Catherine Dolgorukova, il-mara tal-Ksar Alessandru II tar-Russja. Midfuna hemmhekk ukoll hemm il-Ġeneral Dmitry Shcherbachev u l-Ġeneral Nikolai Yudenich, il-mexxejja tal-Moviment Abjad kontra l-Komuniżmu.
Fost dawk li ndifnu fiċ-Cimetière du Château nsibu l-ġojjellier famuż Alfred Van Cleef, Emil Jellinek-Mercedes, il-fundatur tal-kumpanija tal-karozzi Mercedes, ir-reġista tal-films Louis Feuillade, il-poeta Agathe-Sophie Sasserno, iż-żeffiena Carolina Otero, il-ħallieq tal-comics Asterix René Goscinny, l-awtur ta' The Phantom of the Opera Gaston Leroux, il-Prim Ministru Franċiż Léon Gambetta, u l-ewwel President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja José Gustavo Guerrero.
Minħabba l-importanza storika tagħha bħala belt turistika fix-xitwa għall-aristokrazija Ewropea u t-taħlita ta' kulturi fil-belt li rriżultat minnha, fl-2021 il-belt ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[6][7] Il-belt għandha t-tieni l-ikbar ammont ta' postijiet fil-lukandi fil-pajjiż[8], u hija t-tieni l-iżjed metropoli li jżuruha nies fi Franza Metropolitana, bi kważi erba' miljun turista kull sena.[9] Hija wkoll it-tielet ajruport bl-iżjed traffiku fi Franza, wara ż-żewġ ajruporti prinċipali ta' Pariġi.[10] Nizza hija l-belt kapitali storika tal-Kontea ta' Nizza (bil-Franċiż: Comté de Nice, bin-Niçard: Countèa de Nissa).[11]