Park ta' Maloti-Drakensberg

Il-Fondoq ta' Tugela fil-komponent tal-Park Nazzjonali Rjali ta' Natal.

Il-Park ta' Maloti-Drakensberg huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġie stabbilit fil-11 ta' Ġunju 2001. Huwa magħmul minn żewġ komponenti: il-Park Nazzjonali ta' Sehlabathebe fir-Renju ta' Lesoto u l-Park ta' uKhahlamba Drakensberg f'KwaZulu-Natal, l-Afrika t'Isfel. L-ogħla quċċata hi dik ta' Thaba Ntlenyana f'għoli ta' 3,482 metru.[1]

  1. ^ "Dokument tan-nomina bħala sit indikattiv. p. 7" (PDF).

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne