Partit Laburista | |
---|---|
Mexxej | Robert Abela |
Fundat | 15 ta' Ottubru 1920 |
Kwartieri ġenerali | Mile End Ħamrun |
Ideoloġija Politika | Soċjaliżmu Demokratiku Soċjali-demokrazija |
Affiljazzjoni Internazzjonali | Internazzjonali Soċjalista |
Affiljazzjoni Ewropea | Partit Soċjalista Ewropew |
Grupp Parlamentari Ewropew | Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi |
Kuluri | Aħmar |
Sit elettroniku | www.partitlaburista.org |
Ara wkoll | Politika ta' Malta |
Il-Partit Laburista (PL) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat mal-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej. Twaqqaf fl-1920. Preżentament il-Gvern Malti huwa taħt tmexxija Laburista. Kien fil-gvern tal-pajjiż għaxar darbiet minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, l-ewwel darba fl-1947 u l-aħħar li kien fl-2022. Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn kien dejjem wieħed miż-żewġ partiti l-kbar f'Malta. Fl-Istatut (2010) tiegħu, il-Partit Laburista jiddeskrivi hekk lilu nnifsu:
“ Il-Partit Laburista huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjeta` inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-istess soċjeta`, titkejjel mill-progress ta' dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha. ”
Fost il-kisbiet tal-Partit Laburista meta kien fil-gvern ta' Malta nsibu d-dritt tal-vot lill-mara, id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ li jagħlqu t-18-il sena, u iktar tard anke lil dawk li jagħlqu 16-il sena, li Malta saret Repubblika u l-Kap tal-Istat Malti għall-ewwel darba kien Malti, l-għeluq tal-bażijiet militari u n-newtralità ta' Malta, għajnuna finanzjarja għal min iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol, edukazzjoni b’xejn u għal kulħadd, ċentri tal-Kindergarten, skejjel tas-snajja’ u l-Junior Lyceums, servizzi ta' saħħa b’xejn u għal kulħadd, ċentri tas-Saħħa mferrxin mal-pajjiż, pensjoni għal min jirtira mix-xogħol bl-età, ħlas lin-nisa daqs l-irġiel għall-istess xogħol, il-ħatra tal-ewwel Ministru mara, l-ewwel Speaker mara u l-ewwel President tar-Repubblika mara, ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa, il-Paga Minima Nazzjonali, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, unjoni ċivili u iktar tard żwieġ bejn persuni tal-istess sess, it-tneħħija tal-Piena tal-Mewt, iċ-Children’s Allowance, leave bi ħlas ta’ 13 il-ġimgħa, bonus darbtejn fis-sena, għajnuna finanzjarja lir-romol, morda u persuni b’diżabilità, ħafna mpjiegi minn investiment kbir mill-Ġermanja, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mitjar ġdid, baċir ġdid, diversi Housing Estates, is-Sea Malta, l-Enemalta, it-Telemalta, l-Air Malta, il-Mid-Med Bank, u l-Bank of Valletta.