Porto

Porto
 Portugall
Amministrazzjoni
Stat sovranPortugall
District of PortugalPorto
Kap tal-Gvern Rui Moreira (mul) Translate
Isem uffiċjali Porto
Ismijiet oriġinali Porto
Ġeografija
Koordinati 41°08′58″N 8°36′39″W / 41.14947°N 8.61078°W / 41.14947; -8.61078Koordinati: 41°08′58″N 8°36′39″W / 41.14947°N 8.61078°W / 41.14947; -8.61078
Porto is located in Portugal
Porto
Porto
Porto (Portugal)
Superfiċjenti 41.66 kilometru kwadru, 41.42±0.010000000000003 kilometru kwadru
Għoli 104 m
Fruntieri ma' Matosinhos (en) Translate, Maia (en) Translate, Gondomar (en) Translateu Vila Nova de Gaia (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 231,800 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC±0
bliet ġemellati Nagasaki, Akhisar, Macao, Jena, Liège, Bordeaux, Ndola, Recife, Bristol, Duruelo de la Sierra, Mindelo, Shanghai, Luanda, Crotone, Vigo, Monterrey, Rio de Janeirou Kharkiv
cm-porto.pt

Porto jew Oporto[1] (pronunzja bil-Portugiż: [ˈpoɾtu]) hija t-tieni l-ikbar belt fil-Portugall, il-belt kapitali tad-Distrett ta' Oporto, u waħda mill-ikbar żoni urbani tal-Peniżola Iberika. Il-belt ta' Porto proprja, li tinkludi l-muniċipalità kollha ta' Porto, hija żgħira meta mqabbla maż-żona metropolitana tagħha, b'popolazzjoni li stmata li tlaħħaq il-231,800 ruħ biss f'muniċipalità ta' 41.42 km2.[2][3] Iż-żona metropolitana ta' Porto għandha popolazzjoni ta' madwar 1.7 miljun ruħ (fl-2021) f'erja ta' 2,395 km2 (925 mil kwadru),[4] u b'hekk hija t-tieni l-ikbar żona urbana fil-Portugall.[5][6][7] Hija rikonoxxuta bħala belt globali b'klassifikazzjoni ta' Gamma + min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin.

Porto tinsab tul l-estwarju tax-xmara Douro fit-Tramuntana tal-Portugall u għandha waħda mill-eqdem ċentri storiċi tal-Ewropa. Tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, bħala ċ-"Ċentru Storiku ta' Porto, il-Pont ta' Luiz I u l-Monasteru ta' Serra do Pilar".[8] Iċ-ċentru storiku huwa wkoll Monument Nazzjonali tal-Portugall. Il-parti tal-Punent taż-żona urbana tagħha testendi sal-kosta tal-Oċean Atlantiku. L-insedjament tal-belt tmur lura bosta sekli, meta kienet gwarniġjon tal-Imperu Ruman. L-isem Ċeltiku-Latin tagħha ġej minn Portus Cale[9] u huwa maħsub li huwa l-oriġini wkoll ta' isem il-pajjiż, Portugal, abbażi tat-trażlitterazzjoni u l-evoluzzjoni bil-fomm mil-Latin. Bil-Portugiż, isem il-belt jinkludi l-artiklu definit: o Porto ("il-port").[10]

L-inbid port, wieħed mill-iżjed esportazzjonijiet famużi tal-Portugall, huwa msemmi għal Porto, peress li ż-żona metropolitana, u b'mod partikolari l-kantini ta' Vila Nova de Gaia, kienu responsabbli għall-imballaġġ, għat-trasport u għall-esportazzjoni tal-inbid iffortifikat.[11] Fl-2014 u fl-2017, Porto ġiet eletta bħala L-Aqwa Destinazzjoni Ewropea mill-Aġenzija tal-Aqwa Destinazzjoniet Ewropej.[12] Porto tinsab ukoll tul ir-Rotta Portugiża tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu.

  1. ^ "Oporto | Definition of Oporto by Oxford Dictionary on Lexico.com also meaning of Oporto". web.archive.org. 2020-06-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-15. Miġbur 2023-05-05.
  2. ^ "Portal do INE". www.ine.pt. Miġbur 2023-05-05.
  3. ^ "Porto Population 2023". worldpopulationreview.com. Miġbur 2023-05-05.
  4. ^ "Demographia" (PDF).
  5. ^ "World Urbanization Prospects: The 2009 Revision Population Database". web.archive.org. 2013-10-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-31. Miġbur 2023-05-05.
  6. ^ "Project 1.4.3". web.archive.org. 2009-07-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-28. Miġbur 2023-05-05.
  7. ^ "Major Agglomerations of the World - Population Statistics and Maps". www.citypopulation.de. Miġbur 2023-05-05.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Oporto, Luiz I Bridge and Monastery of Serra do Pilar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
  9. ^ "portugal | Etymology, origin and meaning of the name portugal by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
  10. ^ "port | Etymology, origin and meaning of port by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.
  11. ^ "Instituto dos Vinhos do Douro e Porto". web.archive.org. 2009-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-02-07. Miġbur 2023-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Europe's best destinations 2014". Europe's Best Destinations (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-05.

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne