Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: God Save the Queen Alla Salva r-Reġina |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Londra 51°30′N 0°7′W / 51.5°N 0.117°W
| |||||
Lingwi uffiċjali | Ingliż | |||||
Lingwi reġjonali rikonoxxuti | Galliż · Irlandiż · Ingliż-Skoċċiż ta' Ulster · Ingliż-Skoċċiż · Gaeliku Skoċċiż · Gaeliku Korniku | |||||
Gruppi etniċi (2001) | 85.67% Brittanniċi Bojod, 6.47% Bojod Oħrajn, 4.00% Ażjatiċi min-Nofsinhar, 2.00% Suwed, 1.20% Razza Mħallta, 0.80% Ażjatiċi tal-Lvant u Oħrajn |
|||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja | |||||
- | Monarkija | Karlu III | ||||
- | Prim Ministru | Keir Starmer | ||||
Indipendenza mir-Renju Unit | ||||||
- | Atti tal-Unjoni 1707 | 1 ta' Mejju 1707 | ||||
- | Atti tal-Unjoni 1800 | 1 ta' Jannar 1801 | ||||
- | Trattat Anglo-Irlandiż | 6 ta' Diċembru 1922 | ||||
- | Sbuħija fl-Unjoni Ewropea | 1 ta' Jannar 1973 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar, 1973 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 243,610 km2 (80) 94,060 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.34 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2011 | 63,181,775[1] | ||||
- | Densità | 255.6/km2 (51) 661.9/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $2.316 triljun[2] (8) | ||||
- | Per capita | $36,728[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $2.434 triljun[2] (6) | ||||
- | Per capita | $38,591[2] | ||||
IŻU (2011) | 0.875[3] (għoli ħafna) (26) | |||||
Valuta | Lira sterlina (GBP ) |
|||||
Żona tal-ħin | GMT (UTC+0) | |||||
Kodiċi telefoniku | +44 | |||||
TLD tal-internet | .uk |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, aktar magħrufa bħala Ir-Renju Unit [4] huwa pajjiż [5][6] sovran li jinsab fil-Majjistral tal-Ewropa ħdejn l-Ewropa Kontinentali. Ir-Renju Unit jinkludi l-gżira tal-Gran Brittanja u l-parti tal-Grigal tal-gżira tal-Irlanda u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-Irlanda ta' Fuq hija l-unika parti tar-Renju Unit li għandha fruntieri ma' pajjiż barra mir-Renju Unit. L-Irlanda ta' Fuq taqsam il-gżira tal-Majjistral mar-Repubblika tal-Irlanda. Ir-Renju Unit huwa imdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Baħar ta' Fuq, il-Fliegu tal-Manika, il-Baħar Ċeltik u l-Baħar Irlandiż. L-ikbar gżira, il-Gran Brittanja għandha aċċess għal Franza permezz ta' kanal taħt il-Manika.
Ir-Renju Unit huwa unjoni[7][8] ta' erba' pajjiżi kostitwenti: l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales. Ir-Renju Unit huwa gvernat permezz ta' sistema parlamentari, bi gvern ċentrali li jinsab f'Londra, il-belt kapitali, u b'monarkija kostituzzjonali bir-Re Karlu III bħala l-kap tal-istat. Il-Gżejjer tal-Kanal u l-Gżira ta' Man huma Dipendenzi tal-Kuruna u mhumiex parti mir-Renju Unit, imma jiffurmaw tip ta' federazzjoni aktar indipendenti mill-pajjiżi l-oħra.[9] Ir-Renju Unit għandu erbatax-il territorju barra l-pajjiż,[10] li kollha kienu parti mill-Imperu Brittanniku, li fl-aqwa tiegħu kellu taħtu kważi kwart tad-dinja, u għalhekk kien l-akbar imperu fl-istorja. L-influwenza diretta tiegħu nistgħu narawha fil-lingwa u l-kulturi tal-istati tal-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Indja, il-Pakistan, l-Afrika t'Isfel, Singapor, l-Istati Uniti u ħafna pajjizi oħra. Ir-Reġina Eliżabetta II għadha l-kap tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet u kap tas-Saltniet fil-Commonwealth.
Ir-Renju Unit huwa pajjiż żviluppat, bil-ħames (PGD nominali) jew is-sitt (PGD PPA) l-akbar ekonomija tad-dinja. Kien l-ewwel pajjiż industrijalizzat fid-dinja u l-ikbar potenz fid-dinja matul is-seklu dsatax u kmieni fis-seklu għoxrin, imma d-dannu ta' żewġ gwerer dinjija u d-deterjorazzjoni tal-Imperu Brittanniku fl-aħħar tas-seklu għoxrin ħallew effett kbir fuq il-pajjiż u b'hekk ma baqax l-akbar potenza fl-affarijiet globali. Madankollu r-Renju Unit għad għandu influwenza ekonomika, kulturali, militari u politika qawwija u hu qawwa nukleari bit-tieni jew it-tielet l-ikbar infieq fuq id-difiża fid-dinja. Ir-Renju Unit għandu siġġu permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, u hu membru tal-G8, NATO, WTO, l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.
Ir-Renju Unit għandu 499 km mal-Irlanda permezz tal-Irlanda ta' Fuq u qasam fruntiera ma' Ċipru mill-1960 permezz tal-bażijiet Brittaniċi ta' Akrotiri (48 km) u Dhekelia (108 km).
Il-Gran Brittanja hija t-tielet l-aktar gżira popolata fid-dinja (u l-aktar popolata fl-Ewropa) b'66 miljun ruħ. L-Gżira ta' Usnt fil-Gżejjer Shetland (Iskozja) hija l-aktar gżira fit-Tramuntana tar-Renju Unit.
L-Imperu Brittaniku sar l-akbar Imperu fid-dinja f'termini ta' territorju u l-firxa massima tiegħu kienet fl-1920 meta kkontrolla 35.5 miljun kilometru kwadru fl-Asja, l-Ewropa, l-Amerika, l-Oċeanja u l-Afrika), Il-paragun bejn l-Imperu Mongol u l-Mongolja attwali 2443 kilometru kwadru, tista' tiġi osservata differenza ta' 99.31%.