Ruma | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() Minn fuq għal isfel, mix-xellug għal-lemin : Kolossew , Bażilika ta’ San Pietru , Pantheon u Piazza della Rotonda , Funtana ta’ Trevi , Castel Sant'Anġlu , Pont Sant'Angelo u veduta tal-Vatikan. | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż |
![]() | ||
Provinċja |
![]() | ||
Kap tal-Gvern |
Roberto Gualtieri (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali |
Roma Colonia Lucia Annia Commodiana | ||
Ismijiet oriġinali | Roma | ||
Kodiċi postali |
00118–00199 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 41°53′35″N 12°28′58″E / 41.8931°N 12.4828°EKoordinati: 41°53′35″N 12°28′58″E / 41.8931°N 12.4828°E | ||
![]() ![]() ![]() | |||
Superfiċjenti | 1,287.36 kilometru kwadru | ||
Għoli | 21 m | ||
Fruntieri ma' |
Anguillara Sabazia (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 2,748,109 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | It-TlietaambUTCIt-Tlieta "BCE"u It-TlietaambUTCIt-Tlieta "BCE" | ||
Kodiċi tat-telefon |
06 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati |
Pariġi, Krakovja, Johannesburg, Cincinnati, Douala (en) ![]() ![]() ![]() | ||
comune.roma.it |
Ruma (Taljan:Roma roːma (għajnuna·info)) hija belt u komun speċjali (imsemmi Roma Capitale) fl-Italja. Ruma hija l-belt kapitali tal-Italja u tar-reġjun Lazjo. B'2.9 miljun reżident f'1,285 km2 (496.1 mi kw), hija l-aktar belt popolata tal-pajjiż u r-raba' l-aktar popolata fl-Unjoni Ewropea mill-popolazzjoni ġewwa l-konfini tal-belt. Il-Belt Metropolitana ta' Ruma għandha popolazzjoni ta' 4.3 miljun ruħ.[1] Il-belt tinsab fil-parti ċentrali tal-punent tal-Peniżola Taljana, tul ix-xtut tax-xmara Tevere. Il-Belt tal-Vatikan hija pajjiż indipendenti ġewwa l-konfini tal-belt ta' Ruma, l-uniku eżempju eżistenti ta' pajjiż ġewwa belt: għal din ir-raġuni, Ruma tiġi spiss definita bħala l-kapitali taż-żewġ stati.[2][3]
L-Istorja ta' Ruma tmur lura għal aktar minn elfejn sena. Filwaqt li l-mitoloġija Rumana tgħid li Ruma twaqqfet madwar is-sena 753 QK, il-post ilu abitat minn ħafna qabel, u għalhekk il-belt hija waħda mill-eqdem siti kontinwament okkupati fl-Ewropa.[4] Il-Popolazzjoni bikrija tal-belt oriġinat minn taħlita ta' Latini, Etruskani u Sabini. Wara, il-belt suċċessivament saret il-kapitali tar-Renju Ruman, tar-Repubblika Rumana u tal-Imperu Ruman, u hija meqjusa bħala waħda mill-postijiet tat-twelid taċ-ċiviltà tal-Punent u minn xi nies l-ewwel metropoli li qatt kien hemm.[5] Hija magħrufa bħala "Roma Aeterna" (Il-Belt Eterna) [6] u "Caput Mundi" (Kapitali tad-Dinja), żewġ kunċetti ċentrali fil-kultura antika Rumana.
Wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Punent, li mmarka l-bidu tal-Medjuevu, Ruma bdiet taqa' bilmod taħt il-kontroll politiku tal-Papat, li kien stabbilit fil-belt mill-ewwel seklu AD sas-seklu 8, meta sar il-belt kapitali tal-Istati Papali, li damu sal-1870.
Mir-Rinaxximent, kważi l-Papiet kollha ta' wara Nikola V (1422–55), għal erba' mitt sena segwew b'mod koerenti programm arkitettoniku u urbanistiku li għamlu l-belt ċentru artistiku u kulturali dinji.[7] Minħabba dan, Ruma saret l-ewwel waħda miċ-ċentri maġġuri ewlenin tar-Rinaxximent Taljan, u wara, saret il-post tal-ħolqien tal-istil Barokk u tan-neoklassiċiżmu. Artisti famużi, pitturi, skulturi u periti, għamlu Ruma ċ-ċentru tal-attività tagħhom, waqt li ħolqu kapolavuri madwar il-belt. Fl-1871, Ruma saret il-kapitali tar-Renju tal-Italja, u fl-1946, tar-Repubblika Taljana.
Ruma għandha l-istatus ta' belt globali.[8][9][10] Fl-2014, Ruma ġiet klassifikata l-erbatax l-aktar belt miżjura fid-dinja, it-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar attrazzjoni turistika popolari fl-Italja.[11] Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa elenkat mill-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji.[12] Il-monumenti u l-mużewijiet bħall-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kolossew, huma fost l-aktar destinazzjonijiet li jżuruhom nies turistiċi fid-dinja, iż-żewġ postijiet jirċievu miljuni ta' turisti kull sena. Ruma ospitat l-Olimpjadi tas-sajf 1960 u s-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura.
|aċċess=
(għajnuna)
|aċċess=
(għajnuna)
|aċċess=
u |kuljom=
(għajnuna)
|aċċess=
, |belt=
, u |kuljom=
(għajnuna)
|aċċess=
(għajnuna)
|aċċess=
u |title=
(għajnuna)
|aċċess=
(għajnuna)
|aċċess=
(għajnuna)