Siracusa

Siracusa
 Italja
Amministrazzjoni
PajjiżItalja
Autonomous region with special statuteSqallija
Free municipal consortiumFree Municipal Consortium of Syracuse (en) Translate
Kap tal-Gvern Francesco Italia (en) Translate
Isem uffiċjali Siracusa
Ismijiet oriġinali Siracusa
Kodiċi postali 96100
Ġeografija
Koordinati 37°04′09″N 15°17′15″E / 37.0692°N 15.2875°E / 37.0692; 15.2875Koordinati: 37°04′09″N 15°17′15″E / 37.0692°N 15.2875°E / 37.0692; 15.2875
Siracusa is located in Italy
Siracusa
Siracusa
Siracusa (Italy)
Superfiċjenti 207.78 kilometru kwadru, 898 hectare
Għoli 17 m
Fruntieri ma' Avola (en) Translate, Melilli (en) Translate, Noto (en) Translate, Priolo Gargallo (en) Translate, Solarino (en) Translate, Canicattini Bagni (en) Translate, Floridia (en) Translateu Palazzolo Acreide (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 116,244 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 733 "BCE"
Kodiċi tat-telefon 0931
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Muniċipalità ta' Stokkolma, Corinth (en) Translate, Erchie (en) Translateu Perugia
comune.siracusa.it

Siracusa ([siraˈkuːza]; bid-djalett Sqalli: Sarausa [saɾaˈuːsa]) hija belt storika fil-gżira Taljana ta' Sqallija u l-belt kapitali tal-provinċja Taljana ta' Siracusa. Il-belt hija magħrufa għall-istorja Griega u Rumana rikka tagħha, għall-kultura, għall-anfiteatri, għall-arkitettura, u bħala l-post fejn twieled il-matematiku u l-inġinier importanti Arkimede.[1] Din il-belt bi storja ta' 2,700 sena kellha rwol ewlieni fi żmien il-qedem, meta kienet waħda mis-setgħat prinċipali tal-Mediterran. Siracusa tinsab fix-Xlokk nett tal-gżira ta' Sqallija, ħdejn il-Golf ta' Siracusa, maġenb il-Baħar Jonju. Tinsab f'biċċa art li togħla f'daqqa, b'fond saħansitra ta' 2,000 metru peress li tinsab qrib l-irdumijiet, għalkemm il-belt innifisha ġeneralment ma tantx għandha wisq għoljiet.

Il-belt ġiet stabbilita mill-Korinzji u mit-Tenej tal-Greċja Antika[2] u saret belt-stat setgħan ħafna. Siracusa kienet alleata ma' Sparta u Korinzju u eżerċitat influwenza kbira fuq il-Manja Greċja kollha, peress li kienet l-iżjed belt importanti tagħha. Ċiċerun jiddiskriviha bħala "l-ikbar belt Griega u l-isbaħ waħda minnhom kollha"[3], tant li kienet daqs Ateni matul is-seklu 5 Q.K.[4] Iktar 'il quddiem saret parti mir-Repubblika Rumana u mill-Imperu Biżantin. Taħt l-Imperatur Kostanzju II, Siracusa kienet il-belt kapitali tal-Imperu Biżantin mis-663 sas-669. Palermo iktar 'il quddiem saret iktar importanti minnha, bħala l-belt kapitali tar-Renju ta' Sqallija. Eventwalment, ir-renju ngħaqad mar-Renju ta' Napli u ġie ffurmat ir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet sal-unifikazzjoni Taljana tal-1860.

Illum il-ġurnata, il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien man-Nekropoli ta' Pantalica.[5] Fiż-żona ċentrali, il-belt stess għandha popolazzjoni ta' madwar 125,000 ruħ.[6] Siracusa tissemma fil-Bibbja fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli 28:12 peress li San Pawl qagħad hemmhekk. Il-qaddisa patruna tal-belt hija Santa Luċija; hija twieldet f'Siracusa, u l-festa tagħha, Jum Santa Luċija, tiġi ċċelebrata fit-13 ta' Diċembru.

  1. ^ "BBC - History - Archimedes". www.bbc.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  2. ^ Strabo (1927). Jones, H. L. (ed.). Geography. Vol. 4. Cambridge, Massachusetts: Harvard University Press. 8.6.22. ISBN 978-0-674-99201-6.
  3. ^ Marcus Tullius Cicero (1903). "Against Verres". In Yonge, C. D. (ed.). The Orations of Marcus Tullius Cicero. London: George Bell & Sons. 2.4.52.
  4. ^ Morris, Ian (2008). "The Greater Athenian State". In Morris, Ian; Scheidel, Walter (eds.). The Dynamics of Ancient Empires: State Power from Assyria to Byzantium. Oxford, United Kingdom: Oxford University Press. p. 115. ISBN 978-0-19-970761-4.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Syracuse and the Rocky Necropolis of Pantalica". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  6. ^ "ISTAT". web.archive.org. 2018-12-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-16. Miġbur 2022-03-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne