Stokkolma[1] hi l-belt kapitali tal-Iżvezja u l-akbar belt tal-Fennoskandja.[2][3] Stokkolma hija l-aktar belt popolata fl-Iżvezja, b'popolazzjoni ta' 871,952 fil-muniċipju (2010), 1,372,565 fiż-żona urbana (2010), u 2,119,760 fiż-żona metropolitana (2010). Skont l-istatistika tal-2010, fiż-żona metropolitana ta' Stokkolma joqogħdu madwar 22% tal-popolazzjoni tal-Iżvezja.
^Hedelin, Per (1997). Svenska uttalslexikon (bl-Iżvediż). Stokkolma, Żveżja: Norstedts. ISBN978-9119711229.