Tallinn | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Estonja | ||
County of Estonia | Kontea ta' Harju | ||
Kap tal-Gvern |
Mihhail Kõlvart (mul) ![]() | ||
Isem uffiċjali |
Tallinn Таллин Рэвель Таллинн Ревель Ревель Таллінн Reval Ревел Revel | ||
Ismijiet oriġinali | Tallinn | ||
Kodiċi postali |
10111 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°EKoordinati: 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°E | ||
![]() | |||
Superfiċjenti | 159.37 kilometru kwadru | ||
Għoli | 28 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 457,572 abitanti (1 Jannar 2024) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | unknown value | ||
Kodiċi tat-telefon |
64 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2 | ||
bliet ġemellati |
Vilnius, Riga, Annapolis (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
tallinn.ee |
Tallinn (/ˈtɑːlɪn, ˈtælɪn/;[1][2][3] pronunzja bl-Estonjan: [ˈtɑlʲːinː]) hija l-belt kapitali u l-iżjed belt popolata tal-Estonja. Tinsab qrib bajja fit-Tramuntana tal-pajjiż, max-xatt tal-Golf tal-Finlandja tal-Baħar Baltiku. Tallinn għandha popolazzjoni ta' 438,341 (fl-2021)[4] u amministrattivament tagħmel mal-kontea jew maakond ta' Harju. Tallinn hija ċ-ċentru finanzjarju, industrijali u kulturali ewlieni tal-Estonja. Tinsab 187 kilometru fil-Majjistral tat-tieni l-ikbar belt tal-pajjiż, Tartu, madankollu tinsab biss 80 kilometru fin-Nofsinhar tal-belt kapitali tal-Finlandja, Helsinki, kif ukoll 320 kilometru fil-Punent ta' San Pietruburgu, ir-Russja, 300 kilometru fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-Latvja, Riga, u 380 kilometru fil-Lvant tal-belt kapitali tal-Iżvezja, Stokkolma. Mis-seklu 13 sal-ewwel nofs tas-seklu 20, Tallinn kienet magħrufa fil-biċċa l-kbira tad-dinja b'diversi varjanti tal-isem storiku tagħha Reval.
Tallinn ingħatat drittijiet ta' belt minn Lübeck fl-1248[5], madankollu l-iżjed evidenza bikrija ta' insedjament uman fiż-żona tmur lura kważi 5,000 sena.[6] L-ewwel dikjarazzjoni ta' sjieda li qatt ġiet irreġistrata saret mid-Danimarka wara attakk li rnexxa fl-1219 taħt it-tmexxija tar-Re Valdemar II, segwit minn perjodu ta' diversi mexxejja Skandinavi u Tewtoniċi. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha qrib il-baħar, il-port Medjevali ta' Tallinn sar ċentru kummerċjali sinifikanti, speċjalment fis-sekli 14-16, meta l-importanza tal-belt kibret bħala l-iżjed belt fit-Tramuntana li kienet membru tal-Lega Anseatika. Iċ-ċentru storiku ta' Tallinn, magħruf bħala Vanalinn, huwa wieħed mill-iktar ippreservati sew fl-Ewropa u sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[7]
Tallinn għandha l-ogħla għadd ta' negozji emerġenti għal kull persuna fost il-pajjiżi Ewropej[8] u huwa l-post fejn twieldu bosta kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija avvanzata, fosthom Skype u Wise.[9] Il-belt tospita l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tat-teknoloġija informatika tal-Unjoni Ewropea[10], kif ukoll taċ-Ċentru ta' Eċċellenza tad-Difiża Ċibernetika tan-NATO. Fl-2007, Tallinn ġiet elenkata fost l-ewwel għaxar pajjiżi diġitali fid-dinja.[11]