Tas-Sliema

Tas-Sliema
 Malta

Minn fuq: Orizzont fi Strand u Tigné Point, Fort Tigné, bini tal-Lombard Bank, Knisja Stella Maris, orizzont ta’ Triq it-Torri
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Statistical district of MaltaDistrett tat-Tramuntana tal-Port
Isem uffiċjali Tas-Sliema
Ismijiet oriġinali Tas-Sliema
Kodiċi postali SLM
Ġeografija
Koordinati 35°54′44″N 14°30′15″E / 35.9122°N 14.5042°E / 35.9122; 14.5042Koordinati: 35°54′44″N 14°30′15″E / 35.9122°N 14.5042°E / 35.9122; 14.5042
Tas-Sliema is located in Malta
Tas-Sliema
Tas-Sliema
Tas-Sliema (Malta)
Superfiċjenti 1.3 kilometru kwadru
Għoli 41 m
Demografija
Popolazzjoni 16,854 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Les Sables-d'Olonne (en) Translateu Białystok
sliemalc.gov.mt
Tas-Sliema, 1998

Sa nofs is-seklu dsatax kien hemm parti kbira minn Tas-Sliema fejn kienet għadha mhijiex abitabbli. L-isem "Tas-Sliema" oriġina minn kappella antika li kienet fil-Ponta ta' Tignè, li kienet iddedikata lill-"Madonna tal-Vjaġġ it-Tajjeb". Baħħara u sajjieda kienu jitolbu bil-qalb l-għajnuna tal-Madonna qabel joħorgu mill-post bit-talba tas-"Sliema għalik (Marija)"; b'hekk il-post beda jissejjaħ "Madonna ta' Tas-Sliema". Il-kappella ta' Tignè kienet imġarrfa fi żmien it-truppi Franċiżi fl-1798. Fl-1802, kappella ġdida nbniet ftit aktar 'il ġewwa u ġiet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Il-kappella hija magħrufa bħala l-knisja ż-żgħira li għadha teżisti sal-ġurnata tal-lum, u tinsab quddiem il-Knisja ta' Stella Maris.

Tas-Sliema nbniet u żviluppat malajr ħafna, u fi ftit snin din il-belt saret l-aktar waħda popolata u kummerċjali fil-gżejjer Maltin, anke aktar mill-Belt Valletta. Inbnew ħafna djar kbar u sbieħ li komplew isebbħu id-dawra ta' mal-baħar. Tas-Sliema saret iċ-ċentru tal-attivitajiet, speċjalment fis-sajf.

Il-logħob, divertiment, baned u każini ġew stabbiliti kompletament. Illum il-ġurnata għandna klabb tal-futbol, klabb tal-waterpolo u tliet każini tal-banda.

Ma nistgħux ma nsemmux il-klabb tal-futbol tas-Sliema Wanderers u s-Sliema Aquatic Sports Club, li stabbilew ruħhom bħala l-aqwa klabbs rispettivament fil-logħob li ħarġu minn Tas-Sliema.

Illum il-ġurnata, Tas-Sliema tilfet ftit mill-karatteristika tagħha minħabba li ħafna mid-djar ġew imwaqqa' biex inbnew appartamenti moderni tal-konkrit.

Il-popolazzjoni ta' Tas-Sliema, minn 25,000 ruħ fl-1950, niżlet għal 13,000 ruħ.


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne