Wiki hu sit tal-web[N 1] li jħalli l-utenti tiegħu iżidu, ibiddlu u jħassru l-kontenut permezz ta' navigatur tal-web[N 2], bl-użu ta' lingwaġġ ta' markatura[N 3] semplifikat jew editur tat-test fuq-il-linja[N 4].[1][2][3]
Fi kliem ieħor hu ġabra ta' dokumenti ipertestwali li jiġu aġġornati mill-utenti u li l-kontenut tagħhom jiżviluppa bil-kollaborazzzjoni ta' dawk kollha li jaċċessawh (kontenut ġenerat mill-utenti). Il-modifika tal-kontenut hi miftuħa, fis-sens li t-test jista' jiġi modifikat mill-utenti kollha (xi minn daqqiet reġistrati u xi minn daqqiet anonimi) li jikkontribwixxu mhux biss billi jżidu, kif jiġri s-soltu fil-forums, imma jbiddlu u jħassru dak li kienu kitbu l-awturi ta' qabel. Kull bidla tiġi reġistrata f'kronoloġija biex f'każ ta' bżonn it-test jista' jinqaleb għall-verżjoni ta' qabel; l-għan hu l-informazzjoni titqassam, titpartat, tinħażen u tittejjeb b'mod kollaborattiv.
I-terminu "wiki" jista' jfisser ukoll is-software kollaborativ użat biex jinħoloq is-sit tal-web.
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketti <ref>
jeżistu għal grupp bl-isem "N" imma l-ebda tikketta <references group="N"/>
rispettiva ma nstabet