Ix-Xemx hija stilla. Tiddi għax tipproduċi enerġija fiha nfisha fil-qalba tagħha. Ix-Xemx hija estremament importanti għall-ħajja fuq l-Art: kull sħana, dawl u enerġija tiġi mix-Xemx. L-Art torbita madwar ix-Xemx, bħalma jagħmlu bosta korpi oħra, fosthom pjaneti, asterojdi, meteoriti, kometi u trab spazjali. Is-simbolu astronomiku tax-Xemx huwa ċirku b'tikka fin-nofs .