Yarala

Yarala
Firxa tal-fossili: Oligoċen - Mijoċen
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Peramelemorphia
Superfamilja: Yaraloidea
Muirhead, 2000
Familja: Yaralidae
Muirhead, 2000
Ġeneru: Yarala
Muirhead, 1995
Speċi


Yarala hija ġeneru ta' mammiferi marsupjali estinti, marsupjali relatati fil-qrib mal-bandikuti tal-kontinent Awstraljan.

Is-superfamilja Yaraloidea qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Peramelemorphia ma' 2 superfamilji oħra il-Perameloidea u l-Thylacotingoidea.

Din is-superfamilja hija waħda żgħira u tiġbor fiha familja waħda 'l hekk imsejjħa Yaralidae, ġeneru wieħed il-Yarala u 2 speċi biss estinti.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Bandikuti u Peramelemorphia)


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Nelliwinne